Internazzjonali

Jinqatel il-mexxej tal-Hezbollah wara attakk minn Iżrael

Il-Forżi tad-Difiża ta’ Iżrael qalu li l-kmandant tal-Hezbollah Hassan Nasrallah inqatel wara sensiela ta’ attakki mill-ajru li seħħew f’Beirut fil-Libanu, matul il-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa u s-Sibt.

Il-Forżi tad-Difiża tal-Iżrael ħabbret din l-aħbar is-Sibt filgħodu wara li kelliema mill-militar Iżraeljana saħqet li “Hassan Nasrallah mhux se jkun jista’ jibqa’ jitterroriza lid-dinja.”

Il-militar tal-Iżrael kompla jgħid li dawn l-attakki seħħew preċiżament fuq il-kwartieni ġenerali tal-Hezbollah, li skont Iżrael jinsabu taħt il-bini residenzjali fil-qalba ta’ Dahieh, f’Beirut.

Dawn l-attakki laqtu b’saħħa qawwija l-belt kapitali tal-Libanu u wassal għal sħab ta’ duħħan fl-ajru.

Iżrael ukoll qalet li qatlet kmandanti oħra tal-Hezbollah, fosthom Ali Karaki, li huwa l-kmandant fin-Nofsinhar.