Internazzjonali

Tmut l-attriċi Dame Maggie Smith fl-età ta’ 89 sena

Matul il-jum tal-Ġimgħa tħabbret il-mewt tal-attriċi Dame Maggie Smith li ħadmet fil-produzzjoni ta’ Harry Potter u anke’ ta’ Downtown Abbey fl-età ta’ 89 sena. Din l-aħbar tħabbret permezz ta’ stqarrija li ħarġu t-tfal tagħha.

Kienu bosta personalitajiet flimkien mar-Re tar-Renju Unit u l-Prim Ministru Ingliż li sellmu l-memorja ta’ Dame Maggie Smith.

Ir-Re tar-Renju Unit King Charles qal li kienet ‘teżor nazzjonali’, waqt li l-Prim Ministru Ingliż Sir Keir Starmer qal li ‘kienet maħbuba minn ħafna persuni għat-talent kbir tagħha’.

Persuni li ħadmu mill-qrib mal-attriċi saħqu, fosthom l-attur Daniel Radcliffe qal li ha jibqgħu jiftakruha għall-ilsien glorjuż tagħha u anke għall-‘intellett qalila’ tagħha. Barra minn hekk, kien hemm atturi oħra mill-produzzjoni ta’ Harry Potter li saħqu li jħossuhom ixxurtjati li ħadmu ma’ Dame Maggie Smith.

Dame Maggie Smith kienet persuna magħrufa ħafna fix-xena tar-reċtar, speċjalment għal karattru tagħha u anke għall-fatt li karriera tagħha damet għaddejja għal għexieren ta’ snin.

L-attriċi ukoll rebħet numru ta’ premji fosthom il-BAFTA awards.

Intant, l-attur Michael Gambon li ħadem mill-qrib ma’ Dame Maggie Smith fil-produzzjoni ta’ Harry Potter miet ukoll fl-istess gurnata tas-sena l-oħra fl-età ta’ 82 sena.