Internazzjonali

Zelensky jiltaqa’ ma’ Donald Trump, waqt li Trump ikompli jisħaq li se jsolvi l-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky iltaqa’ mal-eks President Amerikan u l-kandidant tal-Partit Repubblikan għall-President tal-Istat Uniti Donald Trump. Din il-laqgħa saret f’Trump Tower fi New York, l-Istat Uniti nhar il-Ġimgħa li għadda, fejn Trump saħaq li wasal iż-żmien li l-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja tiġi solvuta.

Waqt din il-laqgħa, Zelensky qal li jittama li għandhom għan komuni fejn din il-gwerra tieqaf u li Putin ma jirbaħx.

Matul iż-żjara tiegħu fl-Istat Uniti, il-President Ukren ukoll kellhu taħdidiet mal-amministrazzjoni tal-President Amerikan Joe Biden u anke laqgħa oħra mal-Viċi President Amerikan Kamala Harris.

Ftit qabel din iż-żjara, il-President tal-Istat Uniti Joe Biden ordna li jingħataw aktar fondi u assistenza oħra lill-pajjiż Ukren bit-tama li l-Ukrajna tibqa’ tiġġieled u għaldaqstant tirbaħ din l-gwerra.