Lokali

“Aħna nemmnu li pajjiżna għandu bżonn ekonomija b’saħħitha iżda aktar sostenibbli” – Luke Said

“Aħna għandna appell wieħed għall-Gvern. Nixtiequ li l-Gvern jismagħna u jagħti kasna għal Għawdex aħjar.”

Dan qalu Luke Said, mill-organizzazzjoni mhux governattiva Għawdix, fl-attività politika organizzata mill-Partit Nazzjonalista li saret fil-pjazza tat-Tokk, fir-Rabat, Għawdex, filwaqt li rrimarka li pajjiżna għandu bżonn ekonomija b’saħħitha iżda aktar sostenibbli, bl-għan ewlieni hu li jiġi salvagwardjat l-ambjent naturali ta’ Għawdex.

“Billi nagħrfu l-bżonnijiet uniċi tal-gżira Għawdxija, u nedukaw ruħna, nistgħu nidderieġu t-triq tal-progress lejn titjib ġenwin u dejjiem fil-kwalità tal-ħajja f’Għawdex.”