Futbol Sport

Birkirkara jibqgħu fl-ewwel post permezz ta’ gowl fl-aħħar minuti ta’ Maxuell Maia

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Neil Camenzuli

MOSTA……………………….0

BIRKIRKARA……………….1

Mosta: D. Akpan, P. Afrriyie (S. Okereke 88’), L. Coulibaly, R. Rosa Da Sila Sousa (S. Kone 63’), C. Failla, N. Agius, J. Agyemang, J. De Souza Teixeira, J. Vassallo (M. Gomes Santos 63’), Z. Brincat, L. Fernandes.

Birkirkara: G. Volpe, I. Morello (Maicon de Souza 76’), A. Sandona, P. Gaitan, S. Dimech (A. Zammit 60’), A. Satariano, L. Lacunza, N. Micallef, A. Coppola, M. Maia, J. Siafa Etoha (G. Gnamien 59’)

Referee: Ishmael Barbara

Ass. Referees: Duncan Spencer u Kurt Saliba

Skorjaw: M. Maia 87 min

Imwissija: P. Afriyie, P. Gaitan, M. Maia

Player tal-logħba: Prince Afriyie

Birkirkara komplew isaħħu l-pożizzjoni tagħhom fl-ewwel post hekk kif kisbu l-5 rebħa staġjonali meta għelbu lil Mosta b’gowl lejn it-tmiem ta’ Maxuell Maia, b’dan il-gowl ikun it-tmien gowl dan l-istaġun wara biss 6 partiti.

Mosta kienu kunfidenti fl-ewwel taqsima u kellhom anke fejn jieħdu l-vantaġġ, madankollu prestazzjoni dominanti mill-Istripes fit-tieni taqsima kienet biżżejjed biex tagħti t-tliet punti lil Birkirkara.

L-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara 9 minuti logħob meta Maia approfitta minn żball tad-difiża ta’ Mosta u daħal fil-kaxxa u ttanta xortih, madankollu Akpan Udoh isalva tajjeb. Ftit sekondi wara Mosta jirrispondu permezz ta’ xutt ta’ Agyemang li jiġi mxellef f’korner mill-pass ta’ Fernandes.

Maxuell Maia b’azzjoni oħra fl-40 minuta minn azzjoni personali tajba ta’ Satariano, bil-Brażiljan ma jirnexxilux jikkonkludi sew fix-xibka.

L-ewwel taqsima tintemm fi draw ta’ bla gowls.

Birkirkara ħarġu fuq l-offensiva fit-tieni taqsima, minnufih Gaitan ittanta xortih minn distanza raġanoveli, però l-konklużjonin tgħaddi għolja wisq. Mosta jirrispondu fit-52 minuta permezz ta’ Brincat li ukoll jara l-konklużjoni tiegħu tispara ‘l barra.

Birkirkara bdew iżidu l-isforzi tagħhom u daqqa ta’ ras ta’ Gnamien marret barra. Minuta wara, fl-74 minuta ċans għal Mosta bix-xutt bid-dawra tas-sostitut Kone jmur ftit barra.

Fis-87 minuta wasal il-goal tar-rebħa meta minn korner ta’ Maicon kien l-aqwa skorer tal-kampjonat Maxuel Maia li bir-ras xeħet fix-xibka. Ir-riżultat kien salvat mill-goalkeeper Volpe li fil-91 minuta wettaq save stupend fuq freekick ta’ Fernandes.