Lokali

“Għawdex jeħtieġ pjan strateġiku b’konnettività effiċjenti” – GTA

Joe Muscat il-Kap Eżekuttiv tal-assoċjazzjoni Għawdxija tat-turiżmu, insista li Għawdex teħtieġ pjan strateġiku b’konnettività effiċjenti.

Il-konnettività bejn Malta u Għawdex għal sena oħra baqgħet prijorità għall-GTA fejn saħqet fuq il-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet fit-tul għal dan is-settur.

Joe Muscat insista li hemm bżonn flotta ġdida ta’ vapuri hekk kif il-vapur second hand Nikolaus għandu ħafna nuqqasijiet – speċjalment b’rabta ma’ aċċessibilità. Filfat, fil-fehma tiegħu, dan għandu jinbidel kompletament.

Minn naħa l-oħra, Muscat tenna li s-settur tatt-turiżmu dejjem kien settur reżiljenti, u d-diffikultajiet li Għawdex sab ma’ wiċċu dejjem inbidlu f’opportunitajiet. Għaldaqstant, bħala assoċċjazzjoni, il-GTA qed titlob lill-Gvern u l-membri parlamentari sabiex b’rieda politika jissaħħaħ it-turiżmu għall-Għawdex u l-problemi tal-bieraħ ma nħaluhomx problemi għal-lum.