Joe Muscat, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, insista li Għawdex jeħtieġ pjan strateġiku b’konnettività effiċjenti.
Il-konnettività bejn Malta u Għawdex għal sena oħra baqgħet prijorità għall-GTA fejn saħqet fuq il-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet fit-tul għal dan is-settur.
Joe Muscat insista li hemm bżonn flotta ġdida ta’ vapuri hekk kif il-vapur second hand Nikolaus għandu ħafna nuqqasijiet – speċjalment b’rabta ma’ aċċessibbilità. Fil-fatt, fil-fehma tiegħu, dan għandu jinbidel kompletament.
Min-naħa l-oħra, Muscat tenna li s-settur tat-turiżmu dejjem kien settur reżiljenti, u d-diffikultajiet li Għawdex sab ma’ wiċċu dejjem inbidlu f’opportunitajiet. Għaldaqstant, bħala Assoċjazzjoni, il-GTA qed titlob lill-Gvern u l-membri parlamentari sabiex b’rieda politika jissaħħaħ it-turiżmu għal Għawdex u l-problemi tal-bieraħ ma nħalluhomx problemi għal-lum.
//= $special ?>