Lokali

“L-Għawdxin għandhom ikunu huma li jiddeċiedu l-prijoritajiet ta’ Għawdex” – Gozo Business Chamber

Daniel Borg, mill-Gozo Business Chamber, tkellem dwar kif ilkoll kemm aħna għandna bżonn nagħmlu eżami tal-kuxjenza dwar il-mod ta’ kif qed jiżviluppa Għawdex.

“Filwaqt li Għawdex qed ikompli jiżviluppa, dan l-iżvilupp għandu jsir b’mod iktar sostenibbli,” sostna Daniel Borg.

Daniel Borg irrimarka li l-Għawdxin għandhom ikunu huma li jiddeċedu l-prijoritajiet tagħhom, għall-Għawdex aħjar.

Madankollu, Borg insista li ma rridux ninsew l-isfidi li qegħdin itaqqlu lill-Għawdxin. Il-Gozo Business Chamber ilhom xhur sħaħ jitkellmu dwar il-port tal-Imġarr li fil-fehma tagħhom hu zgħir wisq u qed ibati minn ħafna nuqqasijiet kaġun tal-fatt li s-servizzi kollha qed joperaw mill-istess post. Apparti minn hekk, intqal ukoll li hemm bżonn flotta ġdida ta’ vapuri hekk kif il-vapur second hand Nikolaus għandu ħafna nuqqasijiet – speċjalment b’rabta ma’ aċċessibbiltà.

“Huwa dmir tagħna lkoll li nħarsu fit-tul u Għawdex inpoġġuħ fiċ-ċentru. Hemm bżonn li nqumu fuq saqajna u nieħdu ħsiebu kif jixraqlu u ngħadduh lil ta’ warajna bl-aħjar mod possibbli.”