Manchester United ġew umiljati f’Old Trafford biex komplew jikbru l-problemi għal kowċ Erik Ten Hag. Ir-Reds tilfu l-konfront kruċjali kontra Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 3-0, b’din it-telfa tkun diġà t-tielet telfa staġjonali wara sitt partiti.
Spurs marru fil-vantaġġ wara biss tliet minuti logħob permezz taż-żagħżugħ Brennan Johnson li mill-viċin sab ix-xibka mis-suġġeriment ta’ Micky van de Van. Fatt interessanti huwa li missier Brennan Johnson, David Johnson, kien prodott tal-akademija ta’ Manchester United.
Ix-xejra tal-logħba kompliet tmur kontra dik ta’ Manchester United hekk kif fit-42 minuta, il-captain Bruno Fernandes intwera l-karta ħamra diretta wara li kkommetta foul fuq James Maddison f’nofs il-grawnd.
Fit-tieni taqsima Spurs komplew bl-attakki tagħhom, biex fis-47 minuta l-Eks Juventus Dejan Kulusevski rdoppja l-iskor minn kontrattakk veloċi mix-xellug.
Finalment, fis-77 minuta gowl ta’ Dominic Solanke ssiġilla għal kollox il-partita u ta t-tliet punti lil Spurs f’dik li kienet it-tielet rebħa dan l-istaġun.
Ipswich Town kisbu punt kontra Aston Villa permezz ta’ dopjetta ta’ Liam Delap bl-iskor finali jkun 2-2.
Ipswich Town ħadu l-vantaġġ wara 8 minuti meta Liam Delap sab ix-xibka b’xutt bix-xellug indirizzat lejn ir-rokna t’isfel tax-xellug.
Il-Villians għamlu l-iskor indaqs wara kwarta logħob permezz ta’ Morgan Rogers mis-suġġeriment ta’ Watkins, biex l-istess Watkins skorja l-gowl li ta l-vantaġġ momentarju lil Aston Villa fit-32 minuta.
Liam Delap sab ix-xibka għall-gowl tad-draw fit-72 minuta b’xutt mill-viċin mill-assist ta’ Hutchinson.
Is-Sibt
Newcaslte U. v Man. City 1-1
Nottingham Forest v Fulham 0-1
Everton v C.Palace 2-1
Chelsea v Brighton 4-2
Brentford v West Ham U. 1-1
Arsenal v Leicester C. 4-2
Wolves v Liverpool 1-2
Illum
Ipswich T. v A. Villa 2-2
Man, U v Tottenham H. 0-3
Għada
Bournemouth v Southampon 9:00pm