Budget 2025 Ekonomija Lokali

Il-Budget 2025 se jiġi ppreżentat fit-28 ta’ Ottubru

Il-Budget għas-sena d-dieħla se jiġi ppreżentat fit-28 ta’ Ottubru li ġej.

Din id-data tħabbret mill-Prim Ministru, li bħalissa jinsab fi New York. Fil-fatt, il-Partit Laburista llum ma organizza l-ebda attività pubblika u Robert Abela ma ta ebda kummenti kif issoltu jagħmel il-Ħadd filgħodu fuq il-midja Laburista.

Kien biss permezz ta’ filmat irrekordjat li ngħatat id-data tal-Budget.