Lokali

Is-CPD imsejħin f’Tas-Sliema wara nar f’garaxx

Numru ta’ vetturi tas-CPD u ambulanzi ssejħu f’Tas-Sliema wara li żviluppa nar f’garaxx.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Net News li s-sejħa daħlet għall-ħabta tal-10:20am, bil-pumpieri jaslu fi Triq Viani sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Żewġ ambulanzi waslu wkoll fil-post b’numru ta’ infermieri.