Stħarrig tal-MaltaToday juri li l-Partit Nazzjonalista jirbaħ l-elezzjoni ġenerali b’maġġoranza ta’ 12,000 vot li kieku kellha ssir elezzjoni ġenerali għada.
Mill-istħarriġ jirriżulta li faxxa kbira tal-elettorat lest jafda lill-Partit Nazzjonalista biex imexxi lill-pajjiż.
In-numri juru biċ-ċar li l-PN irid ikompli jaħdem biex jassigura bidla fil-Gvern. L-istess survey juri wkoll li taħt it-tmexxija tal-Kap tal-PN Bernard Grech il-partit kompla jittejjeb u jissaħħaħ, partikolarment mill-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ‘il hawn.
Dan hu l-ewwel stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar mill-gazzetta MaltaToday wara l-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali.
L-istħarriġ juri li l-mexxej Laburista Robert Abela qed jitlef f’erba’ reġjuni minn sitta, inkluż f’Għawdex, u fiż-żewġ reġjuni tat-Tramuntana u tal-Punent.
Dan filwaqt li l-Partit Laburista qed jaffaċċja wkoll problemi mal-votanti li joqogħdu fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Port il-Kbir li jinkludi l-Kottonera u l-ibliet tal-madwar li bosta minnhom huma meqjusin bħala fortizzi Laburisti.
F’dan ir-reġjun insibu terż, u cioè l-ikbar perċentwal ta’ nies li mhux beħsiebhom jivvutaw.
//= $special ?>