Sport Sport Ieħor

Jingħata bidu għat-Tazza tal-President b’erba’ heats

Minn Kenneth Vella

Il-Ħadd wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa tkompla l-istaġun 2024 bit-32 laqgħa tas-sena fuq tmien tiġrijiet kollha tat-trott. Minn dawn spikkaw l-aktar l-erba’ heats mill-EquestriMalta Tazza tal-President għal żwiemel tal-klassi Premier fuq 2140m. Minn dawn 24 żiemel għamluha għas-semifinali.

Fl-ewwel heat Premier, Disco D’Occagnes (Redent Magro) akkwista t-tieni rebħa tiegħu f’Malta wara li ħa l-kmand 200 metru mit-tmiem. Dan rebaħ faċilment b’żewġ tulijiet u nofs minn Global Undecided (Rodney Gatt). Diablo D’Herfraie (Rodney Gatt) mar quddiem f’nofs id-dritta finali tat-tieni heat tal-aqwa klassi. Dan ħa l-ewwel rebħa tas-sena mid-debuttant Franċiż Douglas Du Pont (Ludvic Ghigo).

It-tielet heat Premier kienet ikkaratterizzata minn taqtiegħa bejn tlieta fid-dritta finali. Kien Bellmondo (Andrew Farrugia) li ħa l-ewwel rebħa fi xtutna. Fir-raba’ heat Velvet Gio (Rodney Gatt) ħa t-tielet rebħa tas-sena wara li kien il-ħin kollu quddiem. Għal Gatt din kienet ukoll it-tielet rebħa tal-ġurnata.

Ir-rebbieħa kollha

I Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gima Tege (J.C. Pace) Ħin – NTR 2. Influx Du Parc (R. Briffa) 3. Fleur De Blay (P. Galea) 4. Divonne (S. Grixti)

II Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Fakir De Mone (D. Cortis) Ħin – NTR 2. Fort De France (J. Farrugia) 3. Coutinho (W. Galea) 4. Jasmin Du Coulamer (C. Farrugia)

III Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fast And Good (R. Gatt) Ħin – NTR 2. Genie Lulu (S. Cutajar) 3. Denver Haufor (E. Ciantar) 4. Halex Dark (C. Vassallo)

IV Tiġrija. Heat EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. Disco D’Occagnes (R. Magro) Ħin – NTR 2. Global Undecided  (R. Gatt) 3. Express De L’Iton (Cherise Farrugia) 4. Charming Soldier (P. Galea) 5. Frappe Fort (M. Mizzi) 6. Akela Play (Ch. Degiorgio)

V Tiġrija. Heat EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. Diablo D’Herfraie (R. Gatt) Ħin – NTR 2. Douglas Du Pont (L. Ghigo) 3. Ellington Dream (Cherise Farrugia) 4. Caid Sly (A. Scicluna) 5.Al Capone Stecca (N. Baldacchino) 6. Whothehillareyou (T. Demanuele)

VI Tiġrija. Heat EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Bellmondo (A. Farrugia) Ħin – NTR 2. Easy Atout (R. Gatt) 3. Elixir Du Bocage (Cherise Farrugia) 4. Eros Du Fosse (C. Farrugia) 5. Caucasien (N. Baldacchino) 6. Dream Along (P. Galea)

VII Tiġrija. Heat EquestriMalta Tazza tal-President. Klassi Premier. Dist – 2140m. Velvet Gio (R. Gatt) Ħin – NTR 2. Espoir d’Elphigny (N. Baldacchino) 3. Dats So Crazy (A. Cassar) 4. Farfars Dream (L. Ghigo) 5. Formi (J. Schembri) 6. Dream The Best (Cherise Farrugia)

VIII Tiġrija. P and M Farrugia Qualifier. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Dario Del Brenta (J. Spiteri) Ħin – NTR 2. Waikiki Man (M. Falzon) 3. Golden Eye William (C. Caruana) 4. Islandais (C. Farrugia)