Neil Camenzuli
SLIEMA WANDERERS……………..2
MELITA………………………………..2
Sliema Wanderers: E.Agu, J.Borg, A.Magri Overand, V.Plut (W.Matos 85’), S.Gomes, M.Beerman, G.Alcino (N.Strickland 90’), M.Freire Bernardo, S.Zibo (N.Frendo 90’), S.Pisani, M.Awad
Melita: G.Mizzi, J.Pierre Attard, K.Mohnani, A.Carlos Penna Da Costa (M.Cachia 87’), M.Debattista, M.Van de Font Bovenkamp, N.Cutujar (D.Xuereb 68’), K.Bondin (J.Yepez 46’), G.Barone, H.Motta
Imwissija: G.Alcino 62’, M.Freire Bernardo 82’ (S), H.Marcelino Motta 47’ (M)
Tkeċċa: M.Beerman 29’
Skorjaw: S.Gomes 34’, M.Freire 97’ (S), N.Cutujar 48’, A.Carlos Penna Da Costa 51’ (M)
Referee: Daniel Portelli
Assistenti Referees: Jurgen Spiteri u James Muscat
Sliema Wanderes kienu ftit sekondi ‘l bogħod milli jieħdu l-ewwel telfa tal-istaġun, madankollu gowl fl-aħħar azzjoni tal-partita minn Murillo Henrique Freire salva punt għas-Slimiżi u estenda dan ir-rekord għal sitt partiti bla telfa.
Birkirkara u Floriana huma t-timijiet l-oħra li wkoll ma tilfu l-ebda logħba s’issa.
Il-Wanderers jinsabu fit-tielet post tal-klassifika bi 12-il punt, l-istess ammont ta’ Floriana, b’4 punti taħt Birkirkara li jokkupaw l-ewwel post.
Sliema ħadu l-vantaġġ l-ewwel wara 34 minuta permezz ta’ Samuel Gomes li xeħet ġewwa bir-ras minn kross preċiż mix-xellugg ta’ Steve Pisani.
Melita rrispondew fit-42 minuta permezz ta’ Matthew Debattista li avvanza fil-kaxxa, però l-konklużjoni tiegħu ġiet imdawra f’korner,
Melita daħlu jistrieħu minn taħt, madankollu hekk kif ħarġu fit-tieni taqsima huma għamlu l-iskor indaqs mill-ewwel permezz ta’ Nick Cutujar li b’xutt b’saħħtu għeleb għal kollox lil Emeka.
Id-draw dam biss żewġ minuti hekk kif Melita marru fil-vantaġġ permezz tat-talisman Carlos Penna Da Costa li daħal fil-kaxxa b’ġirja u qabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper Emeka.
Sliema Wanderes irnexxielhom jiskorjaw il-gowl tad-draw bl-aħħar xutt tal-partita meta fis-97 minutta Marcellino Motta waqqa’ lil Bastos fil-kaxxa, b’ Henrique Freire jinkariga ruħu mill-penalty u jegħleb lil Mizzi.
//= $special ?>