Fil-Ġimgħa Ewropea dedikata għall-isport, il-Kunsill Lokali tal-Għargħur organizza Sports Day għall-familja kollha fil-pjazza tar-raħal.
Din l-attività li ġiet organizzata b’risq Puttinu Cares, bdiet fil-11.30 ta’ filgħodu u baqgħet sejra sa tard wara nofsinhar, b’kollaborazzjoni ma’ Sports Malta, Għargħur FC u Warehouse Studio.
Matul din il-ġimgħa ġew organizzati diversi attivitajiet sportivi għal etajiet varji, fosthom ġirja ta’ 5 kilometri bil-parteċipazzjoni ta’ ħafna atleti, tournament tal-football, tournament tal-snooker u sessjonijiet edukattivi dwar stil san ta’ ħajja.
Preżenti fost oħrajn kien hemm is-Sindku tal-Għargħur Helen Gauci, li għarfet l-importanża ta’ dawn l-attivitajiet sportivi għall-kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti.
//= $special ?>