Internazzjonali

Il-Libanu: Ikompli l-qtil tal-Kapijiet militanti, bl-eliminazzjoni ta’ terrorista tal-Ħamas

Il-grupp terroristiku Ħamas ikkonferma li l-Kap tal-fergħa tiegħu fil-Libanu spiċċa maqtul waqt l-attakki mill-qawwiet tal-ajru Iżraeljani fuq in-Nofsinar tal-Libanu.

Il-vittma, f’dan il-każ, kien Fateh Sherif Abu el-Amin, li kien fuq il-lista tal-aktar terroristi mfittxa minn Iżrael.

Il-militar Iżraeljan fl-aħħar sigħat tenna li Sherif, filwaqt li kien ibbażat fil-Libanu, ‘kien responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet terroristiċi tal-Ħamas bl-appoġġ tas-sieħba fil-grupp Ħeżbollah’.

Il-grupp Ħamas ilu jiġġieled il-gwerra attwali ma’ Iżrael mis-7 ta’ Ottubru u għalkemm hu bbażat f’Gaza, għandu xorta preżenza sinifikanti fil-Libanu u fejn, l-istess bħall-Ħeżbollah, qed jimxi fuq id-direttivi tal-Iran.