Huwa ċar li l-Gvern inqata’ kompletament min-nies. Bil-Ministri tiegħu jibqgħu jserrħu rashom li għandhom “mandat b’saħħtu”.
Ftit tas-sigħat biss wara li ħarġu r-riżultati ta’ survey li wera kif il-Partit Laburista qed ikompli jitlef l-appoġġ ta’ eluf ta’ votanti, il-Ministru Owen Bonnici ddikjara b’wiċċu minn quddiem li huwa kuntent bit-tmexxija ta’ Abela. Dan minkejja l-appelli kontinwi biex il-Gvern ibiddel id-direzzjoni, u minkejja li qed tikber anke l-pressjoni fuq Abela minn diversi esponenti tal-Labour
Quddiem l-għajta għall-bidla fid-direzzjoni mhux biss mill-poplu imma anka mill-korpi kostitwiti, il-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu. U jirreferi għall-mandat li ngħata lill-Partit Laburista fl-aħħar elezzjon ġenerali.
Prova ċara ta’ Gvern li huwa maqtugħ mir-realtà, u minn dak li l-poplu qed iħoss.
Intant, l-aħħar sontaġġ tal-MaltaToday li poġġa lill-PN f’vantaġġ ma kienx l-unika messaġġ li l-poplu Malti u Għawdxi ta lill-Gvern ta’ Robert Abela. Dan hekk kif fl-aħħar elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju l-poplu tkellem ukoll… tant li l-Labour tilef siġġu fil-Parlament Ewropew, u tilef maġġoranzi f’numru ta’ Kunsilli Lokali.
//= $special ?>