Lokali

Interess kbir għall-iskeda l-ġdida ta’ Net TV u Net FM

Net Television illum ta bidu għal skeda ġdida ta’ programmi, wara li għat-tieni darba dan l-istazzjon ġie kkonfermat bħala l-iktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna.

Fis-1pm, il-preżentatrici Stephanie Chircop waslet il-programm ‘Bejnietna’, segwit mill-programm ‘Ġimgħa b’Ġimgħa’ ta’ Joseph Bonello.

Qabel l-aħbarijiet tas-6pm, twassal il-programm ‘Nitfa’ Vuċi għall-Annimali’ ma’ Althea Galea. U wara, irritorna l-programm ta’ diskussjoni u ġrajjiet kurrenti ‘NETLIVE’ ma’ Robert Cremona.

Imbagħad, illejla wara l-aħbarijiet jibda l-programm ‘Tlaqna! Għax-Xogħol’. Dan filwaqt li jitwassal l-ewwel episodju tad-drama l-ġdida ‘Friefet’ – li se tkun storja ta’ mħabba bejn numru ta’ personaġġi prominenti.

Apparti dawn il-produzzjonijiet ta’ Net Television… anke l-istazzjon tar-radju ta bidu għal skeda ġdida, b’numru ta’ preżentaturi popolari li qed iżommu kumpanija ta’ kuljum lis-semmiegħa ta’ Net FM.