Il-klabb tar-Rugby Lokali, Kavallieri RFC, esprimew id-diżappunt tagħhom permezz ta’ stqarrija fuq il-mezzi soċjali rigward il-problemi li qed jiffaċċjaw bosta klabbs oħra bħalhom biex jiksbu aċċess għall-faċilitajiet tat-taħriġ meħtieġa.
Kavallieri RFC, bħala akkademja, mhux biss ħadet il-fama internazzjonali f’dawn l-aħħar snin, iżda anke tat opportunità lil aktar minn 125 tifel u tifla kif ukoll 80 adult biex jipparteċipaw f’dan l-isport. Huma qalu li qed isibu diffikultà kbira jsibu l-faċilitajiet neċessarji biex ikunu jistgħu jitħarrġu kif suppost, u talbu għal kull tip ta’ għajnuna biex dan l-isport ikun jista’ jkompli jiżviluppa f’pajjiżna.
//= $special ?>