Lokali

Kayak4Kate: Vjaġġ Kuraġġuż għal Futur Aħjar

Matul il-jum tat-Tnejn, Robert u Andrew bdew vjaġġ bil-kayak minn Sqallija sa Malta, biex jiġbru fondi għall-inizjattiva kayak4kate għaċ-ċkejkna Kate.

Din l-isfida mhix biss prova ta’ reżiljenza, imma missjoni biex jinġabru fondi għall-kura u t-trattamenti li għandha bżonn Kate fil-battalja tagħha kontra marda rari magħrufa bħala Tatton Brown Rahman Syndrome. Għaldaqstant, bħalisa Kate tinsab fi Brussell għat-trattament.

Il-ġenerożità u d-determinazzjoni ta’ Robert u Andrew, kif ukoll is-sapport ta’ dawk kollha li diġà għamlu donazzjoni, ifissru ħafna għal din iċ-ċkejkna.

Intant, jekk wieħed jixtieq jagħti donazzjoni u jappoġġja din il-kawża jista’ jagħmel hekk permezz ta: • Revolut jew BOV Pay: 79051866 jew Bank Transfer: Voice for Kate TBRS Malta IBAN: MT20VALL22013000000050021409151

(Uża Kayak4Kate bħala referenza)