Lokali

“Miraklu” – ilesti t-teżi fi żmien 5 ġimgħat wara li ħadulhu l-laptop

Ħafna żgur jiftakru l-istorja ta’ Leon Farrugia – iż-żagħżugħ li kien fl-aħbarijiet wara li tilef il-laptop li fuqu kien ħadem it-teżi.

Illum, Leon ħabbar fuq Facebook li b’determinazzjoni kbira xorta rnexxielu jlesti dik it-teżi – xi ħaġa li hu iddeskriviha bħala “miraklu”.

Leon spjega li l-laptop baqa’ qatt ma nstab. U kollox jindika li xi ħadd kien ħadulhu.

Hu kien talab estensjoni ta’ erba’ ġimgħa biex ilesti din it-teżi. U fil-fatt, irnexxielu!

Iż-żagħżugħ spjega li kien l-appoġġ tan-nies li immotivah jikkonkludi t-teżi tiegħu.