Mara ta’ 39 sena residenti Birkirkara, ġiet mixlija li kkommettiet vjolenza domestika fuq is-sieħba tagħha meta wżat theddid fil-konfront tagħha u biża’ li kienet se tintuża vjolenza fuqha. Minn informazzjoni li għandu NET News jidher li l-problemi bejn il-koppja ilhom għaddejjin. L-akkużata wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha.
Kemm il-prosekuzzjoni kif ukoll id-difiża talbu lill-Qorti biex javviċinaw lill-Maġistrat Noel Bartolo u jitkellmu miegħu b’mod privat, bil-Qorti tilqa’ din it-talba. L-Ispettur Omar Zammit li ressaq lil mara, ma oġġezzjonax għall-pleġġ mitlub mill-Avukat Charles Mercieca li deher għal akkużata.
Dan hekk kif ukoll id-difiża ma kkontestatx il-validità tal-arrest. Il-prosekuzzjoni qalet li wara li tkellmet ukoll mal-vittma, din qablet li f’dawn iċ-ċirkostanzi ma kinitx se topponi għen mill-arrest, dejjem sakemm ikun hemm il-kundizzjonijiet xierqa li timponi l-Qorti.
L-Avukat Mercieca qal li l-klijenta tiegħu li taħdem bħala gwida, se tmur toqgħod f’resdienza alternattiva li tinsab f’San Pawl il-Baħar. Il-Maġistrat Bartolo, wara li ra li mhemmx oġġezzjoni mill-partjiet dwar il-pleġġ, laqa’ t-talba fejn il-mara trid tiddepożita s-somma ta’ €2,500 u garanzija pesonali fuq l-istess ammont.
Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni kontra l-imputata u li kienet ordnata wkoll tiffirma darbtejn fil-ġimgħa fl-Għassa tal-Qawra. Il-Qorti ordnat ukoll li kemm isem l-akkużata kif ukoll tal-vittma ma jixxandrux fuq il-meżżi tax-xandir.
L-Avukat Veronika Ann-Spiteri dehret għall-allegata vittma.
//= $special ?>