Taljan ta’ 56 sena li joqgħod il-Ħamrun u li ilu f’relazzjoni għal madwar 12-il sena, ammetta li hedded lill-eks sieħba tiegħu. Il-prosekuzzjoni qalet li minkejja li din ir-relazzjoni kienet mitmuma, Biagio Gagliano daħal fir-residenza tal-mara meta kien fis-sakra mingħajr il-permess tagħha.
Jidher li l-mara ma kinitx id-dar, u meta daħħlet fir-residenza tagħha sabitu ma’ wiċċha. Allegatament hawn ir-raġel beda jhedded lil mara, wara li din qaltlu li biex jitlaq il-barra minn darha. Irriżulta wkoll li l-Pulizija sabet sikkina tal-laħam fil-karozza tal-akkużat.
Fid-dawl tal-ammissjoni bikrija, id-difiża talbet li l-piena tkun waħda ta’ probation u multa fil-minimu tagħha. Il-prosekuzzjoni ma sabitx oġġezzjoni dwar dan kollu. Fis-sentenza tiegħu, il-Magistart Noel Bartolo sab lit-Taljan ħati u mmultah €500 filwaqt li impona ordni ta’ probation, ordni ta’ trattament u ordni ta’ trażżin fil-konfront tiegħu, fuq perjodu ta’ tliet snin.
Il-Qorti laqgħet talba tad-difiża biex il-multa titħallas bir-rata ta’ €100 fix-xahar.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Audrey Micallef. Għat-Taljan deher l-Avukat Jacob Magri.
//= $special ?>