Tkompli teskala t-tensjoni fil-Libanu hekk kif matul il-lejl, il-qawwiet Iżraeljani attakkaw blokka t’appartamenti f’Bejrut, il-belt kapitali tal-Libanu – attakk li ħalla diżastru sħiħ fiz-zona. Skont rapporti internazzjonali jidher li dan kien l-ewwel attakk fil-limiti tal-belt kapitali tal-Libanu.
Apparti minn hekk, il-grupp Palestinjan Hamas qalu li nqatel il-mexxej fil-Libanu wara attakk mill-Iżraeljani. F’rapporti internazzjonali ntqal li huwa nstab mejjet flimkien ma’ membri tal-familja tiegħu.
Din ġiet żvelata proprju ftit wara li grupp ieħor Palestinjan ħabbar li nqatlu tliet mexxejja fl-attakk li sar fuq Bejrut.
L-awtoritajiet tal-Libanu qalu li s’issa, kaġun ta’ dan l-attakk, inqatel tal-anqas persuna filwaqt li 16-il persuna oħra ġarrbu l-ġrieħi bl-Iżraeljani għadhom ma kkummentawx dwar dan l-attakk.
Intant, il-Ministeru tas-Saħħa fil-Libanu żvela li matul il-jum tal-Ħadd inqatlu ‘l fuq minn 100 persuna fid-diversi attakki li saru fil-Libanu.
//= $special ?>