Il-Ministru Clyde Caruana iddikjara li jekk issir Elezzjoni Ġenerali għada id-distakk bejn iż-żewġ Partiti politiċi jkun minimu. Però ma jridx jemminx li l-Partit Nazzjonalista jinsab fuq il-Labour.
Meta ġie intervistat waqt il-programm ‘Xtra’ il-Ministru tal-Finanzi ammetta li l-Partit Laburista fil-Gvern qed jaffaċja bosta sfidi – fosthom dawk interni – li qed jagħmluha iktar diffiċli sabiex l-istess Gvern ikun jista’ jkompli jmexxi l-pajjiż.
Il-Ministru tal-Finanzi sostna wkoll li hu kien wieħed mill-ftit membri tal-kabinett li skont hu kien “jgħidha kif inhi” mingħajr ma jiprova jirbaħ xi punti politiċi. Dan filwaqt li stqarr wkoll li ħaraq ilsienu jikritika lill-Partit tiegħu stess.
Waqt li għadda botta diretta lejn fazzjoni fil-Partit Laburista li għandha s’issa tipprova toħloq l-illużjoni li kollox għaddej tajjeb u fuq ir-rubini…bħalissa hemm ammont sostanzjali ta’ membri fil-kabinett, inkluż il-Prim Ministru, li qed juru ta’ kuljum li huma maqtugħin mir-realtajiet tal-poplu Malti u Għawdxi.
Madanakollu l-Ministru…meta spicca daru mal-ħajt…. kellu jammetti li minn ferm qabel l-elezzjonijijet ta’ Ġunju li għadda il-Labour kien ilu jaf li qed jaffaċja sfidi kbar fost l-elettorat Malti, anke fost distretti li huma meqjusin bħala fortizzi Laburisti u li dejjem appoġjaw lill-Labour f’elezzjonijiet preċedenti.
Bħalissa l-pajjiż qed jaffacja numru kbir ta’ sfidi – fosthom l-għoli tal-ħajja, il-kriżi ambjentali u anke l-isfidi kbar li qed iġġib magħha iż-żieda eżorbitanti fil-popolazzjoni.
//= $special ?>