Waqt is-seduta tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa saret talba biex bħala Kunsill jagħmlu l-isforzi neċessarji biex l-art verġni ta’ ‘Mellie]a Heights’ tiġi ssalvagwardjata u tingħata lura lir-residenti.
F’kummenti lil dan is-sit, is-Sindku Gabriel Micallef stqarr li jinsab sodisfatt li kien hemm qbil biex issir l-oġġezzjoni tal-Kunsill u l-karba tar-residenti “se tkun rappreżentata minna wkoll”.
“Dan hu żvilupp li se jaffettwa l-kwalità tal-ħajja tar-residenti, l-impatt fit-traffiku fiz-zona sħiħa tal-Mellieħa Heights, dak soċjali u mentali, u l-bilanċ ta’ spazji pubbliċi kif jixraq.”
Il-Kunsill qed jisħaq li art pubblika li setgħet tibqa’ pubblika u titgawda minn kulħadd għandha tibqa’ pubblika. U għalhekk, il-Gvern irid jirrikonsidra dan il-proġett u jingħaqad mal-Kunsill u r-residenti.
//= $special ?>