Il-kuraġġ ta’ Neil għandu jkompli jistimulana biex ngħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta laqa’ fl-Uffiċċju tiegħu fid-Dar Ċentrali, lil Neil Agius, li ftit tal-jiem ilu kiser ir-rekord dinji tiegħu stess meta għamel l-akbar distanza ta’ għawm kontinwu biex jibgħat messaġġ dwar kemm hu importanti li nħarsu l-ibħra tagħna – li jipprovdu ħabitat lil numru kbir ta’ ħlejjaq differenti – mit-tniġġis.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lil Neil għall-impenn u s-sagrifiċċju tiegħu minkejja li l-elementi tat-temp ħolqu sfidi ġodda li żgur li ma kienx qed jistenna. Iżda b’determinazzjoni, hu kompla għaddej sakemm laħaq il-mira tiegħu bl-għan ewlieni li jgħin lil dawk fil-bżonn.
Matul il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u Sport, David Agius; u mix-Shadow Minister għall-Ambjent, Rebekah Borg. Preżenti wkoll kien hemm il-ġenituri ta’ Neil kif ukoll membri mit-tim tiegħu.
//= $special ?>