Sport

L-ewwel rebħa għal Cagliari

Ritratt: EPA

Fi Stadio Enrico Tardini :

Parma     2               Cagliari  3

Ħames gowls f’partita mill-isbaħ f’mumenti drammatika. L-ewwel rebħa fos-Serie A għal Cagliari f’dan il-Kampjonat sabiex b’ħames punti laħqu lill-istess Parma, Genoa u Lecce.

Fis-7 minuta Yerry Mina għal Cagliari għeleb lil Zion Suzuki. Madankollu l-gowl ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba l-pożizzjoni ta’ offside tal-istess Mina. Fl-34 minuta, Cagliari fetħu l-iskor. Minn azzjoni ta’ Zito Luvumbo kien NADIR ZORTEA li għeleb lil Suzuki għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, b’Parma aktar fil-partita, fit-62 minuta meritatament kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’  DENNIS MAN li minn azzjoni ta’ Woyo Coulibaly għeleb lil Simone Scuffet. Reazzjoni minn Cagliari li fil-75 minuta marru mill-ġdid fil-vantaġġ. Minn pass ta’ Michel Adopo, kien RAZVAN MARIN li għeleb lil Zion Suzuki għat 2 – 1. Fis-87 minuta l-iskor sar 2 – 2 wara li HERNANI ma falliex minn penalty għal Parma.

Għaddiet minuta u Cagliari mill-ġdid fil-vantaġġ permezz ta’ ROBERTO PICCOLI minn azzjoni ta’ Gianluca Gaetano. 3 – 2 għal Cagliari f’partita mill-isbaħ bi tmiem drammatiku.