Illejla fit-8.30pm se jirritorna l-programm ‘PROFILI’ fuq Net TV għar-4 staġun tiegħu, bil-profili kontinwament se jkunu qed jagħtu kulur tal-passi li wettqu tul ħajjithom sa issa.
Għal ‘PROFILI’ tal-lejla, il-mistieden se jkun Dominic Galea, se jgħidilna mhux ftit dwar ir-relazzjoni sabiħa li kellu ma’ missieru, Sammy. Dan filwaqt ir-rakkonti tal-imħabba tal-omm u l-ambjent li għex ma’ ħutu u l-familja fil-Floriana.

Miegħu se nitkellmu dwar kif il-mużika jazz bdiet tieħu xejra ġdida f’pajjiżna, fejn żgur mhux forsi l-kontribut tiegħu ma jonqosx biex dan seħħ.
Il-profil ukoll huwa għalliem fl-Univeristà ta’ Malta u magħna se jaqsam l-imħabba li wieħed jitgħallem u kif il-professjoni li llum huwa jħaddan saret parti integrali ta’ dak li hu.
‘PROFILI’ għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki wħud mill-episodji fuq Spotify.
