Għad m’hemm l-ebda żblokk fin-negozji bejn l-MUT u l-Gvern dwar il-ftehim kollettiv tal-MCAST. Dan minkejja li l-ftehim ilu li skada iktar minn sentejn u disa’ xhur.
Għal din ir-raġuni, it-Tlieta filgħodu l-letturi nġabru fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid b’għajta waħda: tuna dak li hu bi dritt tagħna.
Fl-akbar protesta li qatt għamlu l-letturi tal-MCAST, huma saħqu wkoll li huma mhumiex letturi tat-tieni klassi… anke minħabba l-fatt li hemm letturi li għamlu anke l-livell ta’ Masters biex komplew bl-istudji tagħhom. Madanakollu, il-Gvern qed jibqa’ jwebbes rasu, u ma jagħtihomx dak li qed jitolbu.
Il-President tal-MUT Marco Bonnici kkonferma wkoll li l-MCAST mhux ser twaqqaf id-direttivi; anzi ħabbret numru ta’ direttivi ġodda.
It-Tlieta filgħodu, kien evidenti d-dispajċir fuq l-uċuħ tal-letturi, kemm ta’ dawk li jgħallmu fil-kulleġġ tal-Mosta kif ukoll ta’ dawk li jgħallmu Raħal Ġdid, hekk kif sfortunatament kellhom jibdew din is-sena b’dan il-mod – ‘il bogħod mill-klassijiet, u mill-istudenti.
Preżenti għal din il-protesta fl-MCAST kien hemm ukoll ix-Shadow Ministers Justin Schembri u Ivan Castillo.
//= $special ?>