Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Arsenal fuq PSG… Faċli għal Inter u Man City

Ritratt: EPA

Fl-Emirate Stadium rebħa konvinċenti għal Arsenal fuq PSG bl-iskor ta’ 2-0. Arsenal fetħu l-iskor fl-20 minuta meta wara ġirja tajba ta’ Leandro Trossard, Kai Havertz għola tajjeb mal-goalkeeper Donnarumma u xeħet fix-xibka għal 1-0. Arsenal irdoppjaw fil-35 minuta meta minn freekick maħdum tajjeb kien Bukayo Saka li għeleb direttament lil Donnarumma għal 2-0.

Għal Inter rebħa komda ta’ 4-0 fuq Crvena Zvezda. Hakan Calhanoglu fetaħ l-iskor fil-11-il minuta qabel Marko Arnautovic għamilhom tnejn fid-59 minuta. Leandro Martinez u Taremi għamluhom tlieta u 4-0 rispettivament.

Rebħa wkoll ta’ 4-0 minn Man City bil-gowls għax-citizens jaslu permezz ta’ Ikay Gundogan, Phil Foden, Erling Haaland u miż-żagħżigħ James McAtee.

Riżultati

Salzburg v Brest 0-4, Stuttgart v Sparta Prague 1-1, Arsenal v PSG 2-0, Barcelona v Young Boys 5-0, B.Leverkusn v Milan 1-0, B.Dortmund v Celtic 7-1, Inter v Crvena Zvezda 4-0, PSV v Sporting 1-1, Sl. Bratislava v Man City 0-4