Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li lbieraħ weġġgħu f’inċidenti separati tat-traffiku.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħamsa ta’ waranofsinhar, fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena residenti Marsaskala ġarrab xi ġrieħi f’impatt li seħħ bejn il-karozza li kien qed isuq, Volkswagen Golf u Peugeot 2008 li kienet misjuqa minn mara ta’ 44 sena residenti ż-Żejtun. Fl-inċident intlaqat Van toyota li kien ipparkjat.
It-tieni inċident ġara għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħaxija, fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard, bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 32 residenti Ħaż-Żebbuġ, u Nissan Qashqai misjuq minn raġel ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u x-xufier tal-mutur u r-raġel ta’ 36 sena ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu b’mod gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>