Futbol Sport

Hibernians ikomplu l-bidu tajjeb b’rebħa fuq iċ-champions Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

ĦAMRUN SPARTANS……..0

HIBERNIANS…………………2

Ħamrun Spartans: H.Bonello , S.Xerri, L.Montebello (S.Attard 71’) , M. Mba, J. Mbong, R.Prsa, El.Freitas (E. Bruno 78’) , J. Corbalan (M.Ellul 71’) , M. Rocha, R.Camenzuli (W. Da Silva Barros 59’) , S. Lopes

Hibernians: P.Nino, K.de Lima, H. Alfred, K.Shaw, R.Khevin, J.Degabriele (I.Chukunyere 64’) , B. Kristensen (N. Carvalho 64’) , F. Falcone, B.Alex (G. Bastianos 88’) , H. Silva, G. Alves

Imwissija: E.Bruno 86’, (Ħ), H.Alves 69’, A.Bruno 73’ (H)

Skorjaw: J.Degabriele 17’, 49’

Referee: Slobodon Petrovic

Assistenti Referees: Mark Ciantar u Vasil Vasilev

Plejer tal-Logħba: Jurgen Degabriele

Hibernians komplew bil-bidu tajjeb tagħhom hekk kif ħadu r-raba’ rebħa tal-istaġun meta għelbu liċ-Champions Ħamrun Spartans bl-iskro ta’ 2-0.

Ħamrun kellhm l-ewwel azzjoni tal-partita hekk kif wara biss 8 minuti logħob kienet daqqa ta’ ras ta’ Roko Prsa mill-korner ta’ Montebello li għaddiet għoli.

Hibernians irrispondew fis-17-il minuta meta ħadu l-vantaġġ permezz tal-attakkant prolifiku Jurgen Degabriele li xeħet ġewwa b’xutt b’saħħtu. L-azzjoni waslet minn ġirja ta’ De Souza mal-linja bil-midfielder jilgħab ballun fil-kaxxa u jsib lil l-istess Degabriele.

Fl-aħħar minuti tal-ewwel taqsima, , Ħamrun marru viċin li jiksbu l-gowl ta’ draw wara li Luke Montebello b’pass tajjeb sab lil Camenzuli. Bi kross fil-baxx lejn l-kaxxa, Camenzuli ra l-ballun jgħaddi minn bejn żewġ plejers ta’ Ħamrun. Il-plejer ta’ Hibernians tefa’ l-ballun barra għal korner biex l-iskor baqa 1-0 sa tmiem l-ewwel taqsima.

Hibernians ħarġu jattakkaw wara l-ħin tal-mistrieħ, tant kemm hu hekk li fl-49 minuta huma marru fil-vantaġġ wara li Hamanjoda tefa’ kross fil-kaxxa u d-difensuri Ħamruniżi ma rnexxielhomx jikklerjaw, bil-ballun jaqa’ f’saqajn Degabriele li qabbeż il-ballun minn fuq Bonello u sab ix-xibka għat-tieni darba fil-partita.

Fit-78 minuta s-sostitu Shaisen Attard ittama li jagħmel l-istess effett li kellhu fil-partita kontra Naxxar Lions fejn skorja l-ewwel gowl professjonali tiegħu, hekk kif tefa’ kross baxx lejn Lopes fil-kaxxa, bil-ballun jgħaddi għand Mbong li ra x-xutt tiegħu jiġi salvat minn Nino.

Khevin Rodrigo Fraga ta’ Hibernians bil-ballun (Ritratt: Joseph Galea)