Lokali

Il-Kap tal-PN f’laqgħa mal-ambaxxaturi tal-Iżvezja u l-Iżvizzera

Aktar kmieni illum il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħa mal-ambaxxatur tal-Iżvezja Per Holmstrom kif ukoll mal-ambaxxatriċi tal-Iżvizzera Manuela Leimbruger fejn tkellmu fuq numru ta’ suġġetti importanti.

Matul din il-laqgħa Bernard Grech wassal il-messaġġ tiegħu li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jadem favur il-pajjiż u jsaħħaħ ir-relazzjonijiet tiegħu ma pajjiżi oħra.

Apparti minn hekk, huma tkellmu wkoll fuq l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-pajjiżi rispettivi … kif ukoll numru ta’ soluzzjonijiet sabiex dawn l-isfidi jkunu ndirizzati.

Intant, għal din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino