‘Din kienet partita kondizjonata minn ħafna episodji fejn fost l-oħrajn għamilna ħafna ħin b’raġel anqas.’ Dawn kienu l-ewwel kummenti tal-kowċ ta’ Sliema Wanderers Paul Zammit wara d-draw ta’ 2-2 kontra Melita. Zammit kompla hekk. ‘ Kien hemm mumenti diffiċli b’mod partikolari fil-bidu tat-tieni taqsima meta sofrejna ż-żewġ gowls. Imma t-tim wera karattru biex salvajna l-logħba u bqajna mingħajr telfa. Ma’ stajtx nitlob aktar mill-players tiegħi hekk kif għamilna aktar minn siegħa bi player anqas. Issa jmissna logħba diffiċli oħra kontra Birkirkara. Tim li jinsab preparat tajjeb u fl-ewwel post tal-klassifika. Ser tkun logħba tajba fejn aħna rridu issa mill-ewwel nirkupraw u nikkonċentraw fuqha.’
‘Fit-tieni taqsima ħriġna tajjeb ħafna’
- Clive Mizzi, kowċ Melita FC
‘Tweġġa meta tara kif tlifna r-rebħa minn taħt ħalqna.’ Hekk ikkummenta l-kowċ ta’ Melita Clive Mizzi wara li t-tim tiegħu kien tant viċin li jikseb it-tieni rebħa tal-istaġun. Mizzi kellu dan x’iżid. ‘ Fl-ewwel taqsima Sliema kien aħjar fejn batejna ftit sabiex nippruvaw nikkontrollaw il-logħba. Fit-tieni ħamsa u erbgħa minuta ħriġna tajjeb ħafna fejn fi ftit minuti dawwarna r-riżultat favur tagħna u stajna kabbarnih ukoll. Qed nintroduċu numru ta’ players żgħażagħ fit-tim tagħna fejn dawn huma l-bażi tal-iskwadra tagħna. Issa jmissna logħba difficli oħra kontra Naxxar Lions. Tim li minkejja mhux għaddej minn moment tajjeb imma xorta għandu kwalitajiet tajbin ħafna u żgur ser jagħtina sfida kbira.’
TIM TAL-ĠIMGĦA
Goalkeeper: Giacomo Volpe (Birkirkara)
Difensuri: Kurt Shaw (Hibernians), Carlo Zammit Lonardelli (Floriana), Gustavo Alcino (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Marsaxlokk)
Midfielders: Roko Prsa (Ħamrun Spartans), Matias Garcia (Floriana), Prince Afriyie (Mosta)
Attakkanti: Maxuell Maia (Birkirkara), Jurgen Degabriele (Hibernians), Chris Ondong Mba (Ħamrun Spartans)
KLASSIFIKA | PARTITI | PUNTI |
Birkirkara | 6 | 16 |
Floriana | 6 | 12 |
Sliema Wanderers | 6 | 12 |
Ħamrun Spartans | 6 | 11 |
Hibernians | 6 | 11 |
Gżira United | 6 | 10 |
Mosta | 6 | 6 |
Balzan | 6 | 5 |
Melita | 6 | 5 |
Żabbar St. Patricks | 6 | 4 |
Naxxar Lions | 6 | 4 |
Marsaxlokk | 6 | 3 |
LOGĦOB LI JMISS
Illejla l-Erbgħa 2 t’Ottubru, 2024
Stadium Nazzjonali
6.00pm Ħamrun S. vs Hibernians
8.30pm Żabbar SP vs M’Xlokk
Għada l-Ħamis 3 t’Ottubru, 2024
Tony Bezzina Stadium
6.00pm Mosta vs Floriana
8.30pm B’Kara vs Sliema W.
Il-Ħadd 29 ta’ Settembru, 2024
Victor Tedesco Stadium
6.00pm Naxxar L. vs Melita
8.15pm Balzan vs Gżira Utd.
L-AQWA SKORERS | GOWLS |
Maxuell Maia (Samurai) (Birkirkara | 8 |
Luke Montebello (Ħamrun Spartans) | 4 |
Franklin Sasere (Floriana) | 4 |
Andre (Melita) | 4 |
Udoyen Akpan (Balzan) | 4 |
Gabriel Bohrer Mentz (Gżira United) | 3 |
Vito Plut (Sliema Wanderers) | 3 |
Joseph Mbong (Ħamrun Spartans) | 3 |
Alex Tanque (Marsaxlokk) | 3 |
Raphael Lopes (Ħamrun Spartans) | 3 |
CLEAN SHEETS | PARTITI |
Birkirkara | 5 |
Sliema Wanderers | 4 |
Floriana | 2 |
Gżira United | 2 |
Hibernians | 2 |
Balzan | 1 |
Mosta | 1 |
Żabbar St. Patricks | 1 |
Ħamrun Spartans | 1 |
TKEĊĊIJIET
G. Acheampong (Sliema W.) vs Mosta
A. Udoh (Mosta) vs Sliema W.
M. Veselji (Floriana) vs Ħamrun S.
J. Busuttil (Balzan) vs Naxxar L.
R. Camenzuli (Ħamrun S. ) vs Mosta
N. Zerjal (Balzan) vs Żabbar SP
H. Stanic (Balzan) vs Ħamrun S.
O. El Hasni (Floriana) vs Hibernians
G. Alves (Hibernians) vs Floriana
S. Jovancic (Żabbar SP) vs Naxxar L.
M. Beerman (Sliema W.) vs Melita
//= $special ?>