Internazzjonali

Jinqatlu tmien suldati Iżraeljani fil-Libanu

Il-Forzi tad-Difiza Iżraeljana qalet li tmien suldati nqatlu f’kumbatt fin-Nofsinhar tal-Libanu.

Dawn kienu l-ewwel grupp ta’ suldati li nqatlu fil-Libanu mill-bidu ta’ din l-invażjoni.

Madankollu, skont rapporti internazzjonali, il-ġlied u l-kunflitt bejn Iżrael u l-Hezbollah qed jintensifika minn jum għall-ieħor.