Internazzjonali

Keir Starmer f’laqgħa ma’ Roberta Metsola

L-attenzjoni fi Brussell illum kienet fuq iż-żjara tal-Prim Ministru tar-Renju Unit Keir Starmer – l-ewwel żjara ta’ Prim Ministru Brittaniku mill-Brexit ‘l hawn.

Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola laqgħet lill-Prim Ministru Starmer fil-binja tal-Parlament, fejn hemmhekk, huma ddiskutew ir-relazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit, kif din tista’ tissaħħaħ, u kif għandhom jaħdmu aktar mill-qrib, speċjalment fid-dawl tal-isfidi internazzjonali li qed taffaċċja d-dinja bħalissa.

Ir-Renju Unit ħareg mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar tal-2020 – deċiżjoni li ħalliet impatt mhux biss fuq il-poplu Brittaniku iżda anke dak Ewropew, inkluż il-poplu Malti.

Fi Brussell, Keir Starmer kellu laqgħat ukoll mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen u l-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel.