Fi kliem l-MUT, il-Gvern għandu jintervjeni biex jindirizza l-kriżi li għaddejja fil-Kulleġġ tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija.
Dan qalu l-President tal-Union tal-Għalliema, l-MUT, meta t-Tlieta kien mistieden fil-programm NETLIVE fuq Net Television.
Marco Bonnici spjega li fis-sajf kienu ressqu dokument bil-proposti għall-fethim kollettiv tal-għalliema tal-MCAST. Iżda ma rcievew ebda feedback mill-Ministeru.
Minflok, id-direzzjoni tal-MCAST riedet tmur għall-arbitraġġ – xi ħaġa li fin-negozjati ma tiġrix. Bil-President tal-MUT jgħid dan il-ftehim kien se jmur quddiem xi ħadd li ma jifhimx kif taħdem istituzzjoni edukattiva.
Tiġi f’sitwazzjoni fejn tghid, dan l-agreement li ilni ninnegozjah 3 snin fejn qieghed?
Dan il-ftehim tal-MCAST jaffetwa 8 gradi ta’ impjegati…u madwar 1,000 edukatur.
Fil-programm intqal ukoll li l-union fadlilha 9 ftehimiet ohrajn li għadhom pendenti.
//= $special ?>