Għawdex Kummerċ Lokali

MeDirect ikompli jappoġġja lit-Teatru Astra matul istaġun 2024/2025

MeDirect, l-ewwel bank diġitali Malti, ġedded l-appoġġ tiegħu għall-programm teatrali tas-Soċjeta Filarmonika La Stella f’Għawdex għal sena oħra. Din is-sħubija se tkompli tappoġġja produzzjonijiet fit-Teatru Astra matul l-istaġun 2024/2025. Id-donazzjoni ġiet ippreżentata lil Andrea Camilleri, Direttur tat-Teatru Astra, minn Frances Zammit – Senior Customer Support Officer fi-ċentru ta’ investiment ta’ MeDirect f’Għawdex.

Is-sħubija kontinwa ta’ MeDirect mas-Socjeta Filarmonika La Stella tirrifletti l-impenn tal-bank biex irawwem it-talent artistiku Malti u Għawdxi u l-appoġġ li l-Bank jgħati lil-komunità lokali. Il-bank qed ikompli jikkontribwixxi u jassisti diversi organizzazzjonijiet kulturali u ta’ karità, u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu bħala sostenitur tal-arti Maltija.

L-istaġun li ġej fit-Teatru Astra jwiegħed programm vibranti, li jibda bil-Panto f’Diċembru 2024, segwit mill-musical “Fiddler on the Roof” f’Marzu 2025, u li jilħaq il-qofol tiegħu fil-kunċert annwali RockAstra f’Mejju 2025. MeDirect se jkun l-imsieħeb ewlieni għal dawn il-produzzjonijiet, li jassigura li Għawdex ikompli jospita teatru u mużika eċċezzjonali.

Meta tkellmet waqt il-preżentazzjoni, Zammit qalet, “MeDirect huwa kburi li ġedded l-appoġġ tiegħu lit-Teatru Astra, u li qed inkomplu nsaħħu l-pedament kulturali Għawdxi. Is-sħubija tagħna mas-Soċjeta Filarmonika La Stella tippermettilna li jkollna rwol biex inġibu produzzjonijiet ta’ klassi dinjija fil-gżira tagħna. Aħna ħerqana għal staġun dinamiku ieħor mimli bi produzzjonijiet eċċellenti.”

Camilleri esprima l-gratitudni tiegħu, u stqarr, “Aħna ferħanin li MeDirect qed ikompli jagħti s-sostenn tiegħu. Bl-appoġġ kontinwu tal-patruni, l-isponsors u l-komunità tagħna, nistgħu nżommu ħajja t-tradizzjoni tagħna li nippreżentaw teatru u mużika ta’ kwalità għolja f’Għawdex, wirt li ilna nżommu għal aktar minn 50 sena.”

It-Teatru Astra, inawgurat fl-1968, kiber f’wieħed mill-postijiet kulturali ewlenin ta’ Għawdex, magħruf għall-firxa ta’ produzzjonijiet tiegħu, inklużi opri, musicals, u wirjiet internazzjonali. Għal aktar informazzjoni, żur https://teatruastra.org.mt/.

Ritratt: Frances Zammit, Senior Customer Support Officer fiċ-ċentru ta’ investiment ta’ MeDirect f’Għawdex tippresenta d-donazzjoni lil Andrea Camilleri, Direttur tat-Teatru Astra,