Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, Net TV kien konfermat mill-ġdid bħala l-aktar stazzjon privat segwit f’pajjiżna.
Dan is-survey huwa t-tielet wieħed konsekuttiv li jpoġġi lil Net TV bħala l-aktar stazzjon privat favorit tal-Maltin u l-Għawdxin. U jikkonferma l-istrateġija b’saħħitha li adottat Net Media fejn il-kumpanija qed twassal programmi ta’ kwalità, għall-gosti ta’ kulħadd.
Is-survey juri li l-istazzjon Laburista naqqas minn 17 fil-mija għal 15.3 fil-mija. Net TV għandu share ta’ 18.4 fil-mija.
Apparti minn hekk, is-sit NetNews.com.mt qed ikun segwit aktar mis-sit tal-One u mis-sit ta’ TVM.
Intant, iċ-ċifri tal-istħarriġ juru li Net News – bħala udjenzi – jissupera l-aħbarijiet tal-One. Tant li bħala medja huma bejn 67,000 u 82,000 persuna dawk li jsegwu l-aħbarijiet mit-Tnejn sal-Ħadd.
L-istess stħarriġ juri li fuq Net FM l-aktar programmi segwiti huma l-breakfast show ta’ Indri Attard, u l-programm ta’ diskussjoni immexxi minn Dione Borg.
Bħala stazzjon, Net FM żdied minn 13 fil-mija għal 14.8 fil-mija. B’hekk, ikkonferma li hu t-tielet l-aktar stazzjon segwit f’pajjiżna.
//= $special ?>