Futbol Sport

Telfiet għal Real Madrid u Bayern Munich, rimonta kbira minn Juventus

(Ritratt: EPA)

Bayern Munich sofrew telfa sorprendenti għall-aħħar hekk Aston Villa ħadu t-tieni rebħa f’din l-edizzjoni tal-UEFA Champions League meta għelbu lil Ġermaniżi f’ Villa Park.

L-iskor finali kien 1-0, bil-Villians jieħdu l-vantaġġ fit-22 minuta permezz ta’ Pau Torres, pero l-gowl ġie kkanċellat wara konsultazzjoni tal-VAR. L-istess Pau Torres irnexxielu jikkreja l-azzjoni tal-gowl ta’ Jhon Duran fid-79 minuta li wassal għar-rebħa storika ta’ Aston Villa.

Tim kbir ieħor li safa’ megħlub huwa Real Madrid li ġew megħluba minn Lille ġewwa l-Decatlhom Arena fi Franza. L-iskor finali kien 1-0, bil-penalty ta’ Jonathan David wara tlett kwarti logħob ikun il-gowl deċiziv.

Minn naħa l-oħra, Juventus kellhom partita straordinarja hekk kif minkejja sfortuna huma ħarġu rebbieħa kontra RB Leipzig fir-Red Bull Arena bl-iskor ta’ 3-2.

Juventus kellhom jagħmlu żewġ sostituzzjonijiet fl-ewwel għaxar minuti hekk kif l-istilla Gleison Bremer kif ukoll l-attakkant laterali Nico Gonzalez soffrew minn injuries, b’ Federico Gatti u Francisco Conceicao jitħlu jilagħbu.

L-isfortuna għal Juventus kompliet tikber hekk kif wara nofsiegħa logħob Benjamin Sesko sab ix-xibka għal RB Lepzig b’konklużjoni mill-isbaħ li ħabtet mal minduda u baqgħet diħela, mill-assist tal-Belġjan Luis Openda.

L-attakkant Serb Dusan Vlahovic għamel l-iskor indaqs fil-50 minuta b’konklużjoni mill-viċin mill-kross ta’ Cambiasso mix-xellug, qabel Juventus spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers wara li tkeċċa l-goalkeeper Michele Di Gregorio fid-59 minuta wara li laqat il-ballun b’idejh minn barra l-kaxxa.

RB Leipzig rebħu freekick minn dak l-iżball tal-goalkeeper, b’ Xavi Simons jinkariga ruħu u jolqot lis-sostitut Douglus Luiz f’idu fil-kaxxa, immedjatament ir-referee jipponta għall-penalty, b’ Sesko jinkariga ruħu u jiskorja d-dopjetta personali.

Tlett minuti wara Juventus jirrispondu b’gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxxa ta’ Vlahovic, bis-Serb ukoll jiskorja dopjetta personali.

Il-gowl tar-rebħa għal Juventus jasal fit-82 minuta minn Francisco Conceicao li daħal kmieni bħala s-sostitut ta’ Gonzales meta bi bravura jaqbeż żewġ difensuri fil-kaxxa u jikkonkludi fir-rokna t’isfel tax-xellug.

Liverpool ukoll għamluha żewġ rebħiet minn żewġ partiti hekk kif din id-darba għelbu lil Bologna f’ Anfield bl-iskor ta’ 2-0.

Alexis Mac Allister kien l-ewwel skorer meta kompla l-azzjoni ta’ Mohammed Salah fix-xibka, qabel l-istess Salah irdoppja l-iskor fil-75 minuta meta l-Internazzjonali Eġizzjan sab ix-xibka bix-xellug minn assist ta’ Szoboszlai.

Atalanta kisbu rebħa konvinċenti fuq Shakhtar Donetsk fil-Veltins Arena bl-iskor ta’ 3-0.

Id-difensur ċentrali Djimsiti kien l-ewwel skorer meta kkontrolla l-kross ta’ Ederson b’sidru u b’kalma kkonverta x-xutt tiegħu bil-lemin, qabel Ademola Lookman irdoppja l-iskor ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima minn azzjoni maħduma tajba minn Samrdzic, Kolasinac u Lookman fil-kaxxa ż-żgħira.

Fit-48 minuta Raul Bellanova kompla jżid mal-iskor minn azzjoni perfetta ta’ Atalanta kkrejata minn Zappacosta u Pedro Henrique mil-lemin.

Benfira kisbu rebħa kbira u sorprendenti għall-aħħar kontra Atletico Madrid bl-iskor finali jkun 4-0.

Il-Portugiżi fetħu l-iskor wara 13-il minuta minn Kerem Akturkoglu mill-assist ta’ Aursnes.

Angel Di Maria għamel l-iskor 2-0 meta kkonverta l-penalty tiegħu indirizzat lejn ir-rokna t’isfel tax-xellug.

Fil-75 minuta Benfica kompplew iżidu mal-iskor meta Alexander Bah niżżel ismu mal-iskorers, qabel Orkun Kokcu kkonferma r-rebħa għal kollox fl-84 minuta.

Feyenoord ħadu l-ewwel tlett punti f’din l-edizzjoni meta għelbu lil Girona 3-2, tim li għadu bla punti.

Il-gowls għal Feyenoord waslu minn autogowls ta’ Herrera u Krejci, b’ Milambo jkun l-uniku plejer ta’ Feyenoord li jsib ix-xibka.

Filwaqt li Girona skorjaw permezz ta’ Lopez u l-eks Manchester United Donny Van de Beek.

Draw ta’ 2-2 bejn Dinamo Zagreb u Monaco.

Monaco skorjaw permezz ta’ Sailus u Zakaria lejn it-tmiem, filwaqt li Zagreb skorjaw gowl f’kull taqsima minn Sucic u Baturina.

Il-partita bejn Strum Graz u Club Brugge ġiet iddeterminata minn gowl ta’ Christos Tzolis fl-24 minuta għat-tim Belġjan.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE
It-Tlieta
RB Salzzburg v Brest 0-4
VFB Stuttgart v S.Prague 1-1
Arsenal v PSG 2-0
Barcelona v Y.Boys 5-0
B.Leverkusen v Milan 1-0
B.Dortmund v Celtic 7-1
Inter v C.Zvezda 4-0
PSV v Sporting Cp 1-1
S.Bratislava v Man. City 0-5
Ilum
Girona v Feyenoord 2-3
S. Donetsk v Atalanta 0-3
A.Villa v B.Munich 1-0
Benfica v A.Madrid 4-0
D.Zagreb v Monaco 2-2
Lille v Real Madrid 1-0
Liverpool v Bologna 2-0
RB Leipzig v Juventus 2-3
S.Graz v C.Brugge 0-1


UEFA EUROPA LEAGUE
Għada
Ferencvaros v Tottenham 6:45pm
Hoffenheim v D.Kyiv 6:45pm
Lazio v Nice 6:45pm
Maccabi T.A v Midtjlland 6:45pm
Olympiacos v Braga 6:45pm
Qarabag v Malmo 6:45pm
R.Sociedad v Anderlecht 6:45pm
RFS v Galatasaray 6:45pm
S.Prague v Ajax 6:45pm
A.Club v AZ 9:00pm
Besiktas v E.Frankfurt 9:00pm
Elfsborg v Roma 9:00pm
Porto v Man. U 9:00pm
Twente v Fenerbahce 9:00pm
PAOK V FCSB 9:00pm
Rangers v Lyon 9:00pm
Union St. G v Bodoe 9:00pm
V.Plzen v L.Razgard 9:00pm


UEFA CONFERENCE LEAGUE
Illum
I.Basaksehir v R.Wien 1-2
V.Guimares v NK Celje 3-1
Għada
C.Brugge v St. Gallen 6:45pm
D.Minsk v Hearts 6:45pm
Astana v TSC 6:45pm
Heidenheim v O.Ljubljana 6:45pm
Noah v M.Boleslav 6:45pm
L.Warszawa v R.Betus 6:45pm
Molde v Larne 6:45pm
O.Nicosia v V.Reykjavik 6:45pm
Chelsea v Gent 9:00pm
Petrocub v Pafos 9:00pm
Copenhagen v J.Bialystok 9:00pm
Fiorentina v TNS 9:00pm
LASK V Djurgaarden 9:00pm
Lugano v HJK Helsinki 9:00pm
S.Rovers v APOEL N. 9:00pm