Fil-belt ta’Noto li hi belt rikonoxxuta mill-UNESC ha ssir serata maġika u rikka fit-tradizzjoni ta ” Notte Barocca ” Din se ssir nhar is- Sibt 5 ta’ Ottubru u tibda fit-8pm. fi-l qalba tal- famuż ċentru storiku . F’ din l-okkażjoni ta din is-sena se jiġu ċċelebrati l-kultura u u rabtiet Kulturali bejn Malta u Sqallija,it-tnejn gżejjer fil-Mediterran.
Għalhekk il- protagonisti tas-serata,direttament minn Malta ġiet mistiedna biex tirrapreżenta lil pajjiżna il-BIG FRIENDS GUGGEN MUSIK A.D. 2008 Ewwel Banda Nazzjonali Maltija Guggen . Hija se tirregala spettaklu ta mużika allegra li tinvolvi lil-pubbliku preċenti. Din il-band hija magħrufa għall-prestazzjonijiet enerġetiċi u ferrieħa li taf toffri lil kull min ikun lest għal serara divertenti ħewwa din il-belt sabiħa ta Noto.
Din il- banda Maltija għan ” NOTE BAROCCA” mhux biss se doqq VIVA MALTA u INT DJAMANT imma ukoll diversi arranġamenti ta mużika Maltija bħal Xemx u oħrajn . Il-Big Friends Guggen Musik se tipparteċipa f’ dawn l-attivitajiet flimkien ma Corteo Barocco di Noto li hi rapreżentanza ħajja u fidila u glorjuża għall-epoka barokka fejn wieħed ikun jista jgawdi kostumi ta eleganza fina barokka. Se jieħdu sehem ukoll diversi skejjel taż-żfin.
Għal din il-banda imsemmija hija id-19-il mawra, li l-banda se tkun fl-irwol t’ ambaxxatriċi mużikali ta’ pajjizża wara suċċess kbir li kellha fil-festival tal-baned Musik Parade ġewwa l-Ġermanja fl-ibliet ta’ Essen fil (Gruga Halle) Munster (il-Halle Munsterland u f Kolon, fil-Lanxess Arena) kif ukoll `Tour Culturale e Musicicale tra le Isole li kien mifrux ma’ sitt gżejjer Lipari,Salina,Panarea,Stromboli,Vulcano u Filicudi.
Dawn jiffurmaw il gżejjer Eoljani. Hi kienet ukoll marret Dubai ħames darbiet fis-snin 2008,2009,2010,2016 u 2017 fejn hemm daqqet kull darba fl-Emirati, fil-Grecja fis-sena 2009 ,fit-Tuneżija fis-sena 2014 u 2015 u 2024 u ġewwa Sqalija għal tmien darbiet oħra.
ll- banda se tkun taħt id-direzzjoni tas-surmast tagħha Ian Sammut A.L.C.M. fejn ipprepara il-mużiċisti tal- banda bill għamel diversi arranġamenti mużikali kif ukoll kunċerti għal din l-okkażjoni. Il-Banda għandha ukoll skola mużikali. Tistgħu ssibu aktar informazzjoni fuq face book – big friends guggen musik 1st maltese guggen national band A.D. 2008.
//= $special ?>