Lokali

Żewġ nisa jweġġgħu gravi wara li ntlaqtu minn karozza f’inċidenti separati tat-traffiku

Żewġ nisa weġġgħu gravi wara li ntlaqtu minn karozza f’inċidenti separati li seħħew l-Erbgħa filgħodu.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30 ta’ filgħodu, fi Triq L-Etna, il-Mellieħa. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li anzjana ta’ 69 residenti l-Mellieħa intlaqtet minn karozza, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 37 sena residenti ż-Żurrieq.

It-tieni inċident seħħ għall-ħabta tal-9:45, fi Triq tal-Labour, in-Naxxar. Mill-investigazzjonijiet li saru jidher li mara ta’ 61 sena, residenti Birkirkara intlaqtet minn karozza, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 51 sena residenti in-Naxxar.

Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.