In-numri huma inkwetanti. 560 huma l-persuni li fl-ahhar 12-il xahar inghataw assistenza mill-YMCA għaliex waqgħu fil-faqar jew sabu ruħhom f’sitwazzjonijiet estremi.
Kull xahar…l-istess organizzazjoni qed tassisti mat-43 persuni li jispiccaw minghar saqaf fuq rashom.
Din hija l-istampa li tat il-YMCA u li tmur lil hinn minn semplici numri – huwa ritratt ta’ realtà kiefra tas-socjetà taghna…bil-maggoranza ta’ dawk li qed ibatu jkunu Maltin.
F’komunikat lill-media, l-istess YMCA spjegat kif qed tahdem direttament mal-komunità biex tgħin lil dawk verament fil-bżonn. Dan permezz ta’ kważi 5,000 intervent u l-assistenza lil 180 persuna li irrikorrew għandhom fl-aħħar 3 xhur.
Minn dawn, 110 kienu minghajr saqaf fuq rashom – jiġifieri roofless – u 30 kienu bla dar.
Skont il-YMCA, kien hemm 48 persuna li b’mod pożittiv reġgħu ġew integrati fis-soċjetà wara li għamlu perijodu f’waħda mit-3 facilitajiet li tmexxi din l-organizzazjoni.
Interessanti l-fatt li b’mod ufficjali, il-Gvern u l-awtorirajiet ma jżommu ebda statistika dwar kemm hawn nies homeless f’pajjiżna.
//= $special ?>