Lokali Qorti

Eks Supretendent jingħata kumpens ta’ €61,000 f’każ Kostituzzjonali kontra l-Kummissarju li njora deċiżjoni tal-Ombudsman fuq diskriminazzjoni

Il-Qorti Kostituzzjonali ordnat lill-Kummissarju tal-Pulizija u lill-Avukat ta’ l-Istat biex jikkonpensaw f’danni s-somma ta’ 61 elf ewro lill-eks Supretendent Raymond D’Anastas wara li sabet li l-proċess fil-konfront tiegħu għa; għażla ta’ Assistenti Kummissarji fl-2016 kien wieħed ivvizzjat. Il-Qorti qalet li dan kien każ ċar ta’ diskriminazzjoni fejn oħrajn setgħu wkoll ġew diskriminati waqt il-proċess tal-għażla.

Huwa kien diġà ngħata raġun mill-Ombudsman iżda baqa’ qatt ma ngħata rimedju. L-Imħallef Joanne Vella Cuschieri kkonkludiet li l-Kummissarju tal-Pulizija naqas li jimxi mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fuq dikriminazzjoni ċara li saret kontrih meta ma ġiex promoss għall-Assistent Kummissarju.

Huwa kien ħassu aggravat b’decizjoni li ma ġiex promoss wara li l-proċess fil-konfront tiegħu kien wieħed ivvizzjat, xi ħaġa li kkummenta dwarha L-Ombudsman u baqa’ ma sar xejn xorta waħda. Il-Kummissarju tal-Pulizija baqa’ jonqos mill-jonora dak li qal li ħareġ mill-uffiċċju tal-Ombudsma, li kien sostna li D’Anastas kellu jiġi promoss jew jingħata danni sofferti.    

“Il-proċess tal-għażla għall-kariga ta’ Assistent Kummissarju tal-Pulizija kien ‘ivvizzjat’”, kien qal l-Ombudsman fil-kummenti tiegħu. Dan kien każ ieħor li joħroġ mill-perijodu li fih Lawrence Cutajar kien fit-tmexxija tal-Korp tal-Pulizija L–Ombudsman inniffsu kien sab li l-proċess tal-2016 għall-promozzjonijiet mhux biss kien wieħed ivvizzjat, iżda li l-Kummissarju mexxa process li nbidel f’teatrin.

Fil-fatt, l-Ombudsman kien sab li l-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar fl-għażla tiegħu ffavorixxa ċerti individwi fuq oħrajn. U l-proċess li mexxa Cutajar kien deskritt bħala wieħed tad-daħq, għaliex għażel lil min jagħti promozzjoni abbażi ta’ fiduċja personali.

Il-kawża saret kontra l-Avukat tal-Istat u l-Kummissarju tal-Pulizija. Raymond D’Anastas għamel aktar minn 30 sena jservi f’diversi karigi u pozżizzjonijiet differenti fil-korp tal-Pulizija. Ir-rikors jgħid li f’Awwissu tas-sena 2016 l-Korp tal-Pulizija u l-Kummissarju tal-Pulizija kienu ħarġu ċirkolari sabiex jinfurmaw li hemm l-vakanzi għall-kariga ta’ Assistenti Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija. Huwa kien applika għall- proċess ta’ għażla sabiex jiġi kkunsidrat għal din il-kariga.

Huwa ma għaddiex mil-proċess tal-Bord tal-għażla u konsegwentament ma ħax il-promozzjoni minn Supretendent, għall-Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Wara huwa kien ressaq petizzjoni quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Wara li saret din il-pettizzjoni, il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-petitzzjoni.

Peress li  xorta waħda ħass aggravat fejn ħass li saret diskriminazzjoni kontrih kien ressaq ilment quddiem l-Obudsman sabiex jinvsetiga t-talba tiegħu.  D’Anastas kompla jgħid fir-rikors li fl-ilment mressaq allega li sofra diskriminazzjoni u nġustizzja mill-Bord tal-Għażla, u ħass ukoll li l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku ma kinetx indirizzat l-ilment tiegħu b’mod li setgħet titwettaq ġustizzja miegħu.

Il-Qorti kienet qed tiġi mitluba biex tillikwida l-istess kumpens u danni pekunjarji u non-pekunjarji kif sofferti mill-eks Suprtetendent skond il-Kostituzzjoni ta’ Malta u tal-Artiklu 41 tal-Konvenzjoni Ewropeja. U sabiex jtiallas l-istess kumpens u danni likwidati bl-imgħax skont il-ligi.

Rimedju
Il-Qorti qalet Illi bħala rimedju r-rikorrent mhux qed jitlob li jerġa’ jipparteċipa f’sejħa ghan-nomina ta’ Assistenti Kummissarji peress li fil-frattemp huwa rtira mill-Korp tal-Pulizija. Fix-xhieda tiegħu għamilha ċara li dak li jipretendi huwa l-ħlas ta’ danni kemmm pekunjarji kif ukoll non-pekunjarji konsegwenza tad- diskriminazzjoni li seħħet fil-konfront tiegħu.

B’referenza għar-rakomandazzjoni tal-Ombudsman huwa jgħid li jaqbel mal-konklużjonijiet kollha kif kontenuti fl-istess għajr ghall-kumpens ta’ €15,000 rakomandat fl-istess stante li jsostnu li fejn it-telf veru li qed isofri, prinċipalmet minn tnaqqis fil-pensjoni huwa ferm aktar minn hekk.

Fil-fatt isostni fl-atti li fuq aspettativa ta’ 20 sena pensjoni huwa kkalkula danni ta’ madwar €112,000. Illi l-Qorti Kostituzzonali mhux se tidhol fil-mertu ta’ dak rakomandat mill-Ombudsman stante li mhihiex il- kompetenza tagħha fl-ambitu tar-rikors Kostituzzjonali u se tħalli din il-kwistjoni impreġudikata bejn il-partijiet.

Il-Qorti qalet li tqis li dak kollu suppost wassal sabiex ir-rikorrent baqa’ fil-limbu dwar jekk fil-fatt kienx jiġi maħtur bhala Assistent Kummissarju jew le lura fis-sena 2016, li kieku l-proċess tal-ghazla ma kienx ivizzjat b’diskriminazzjoni fil-konfront tiegħu u probabbli fil-konfront ta’ uħud mill-applikanti l-oħra.

Dan id- dubju l-Qorti tqis li għandu jmur favur ir-rikorrent la darba hu ma kellu x’jaqsam xejn mal-proċedura adoperata fis-sejħa. Illi dwar id-danni pekunjari, fl-atti tressqet prova li fis-sena 2024 biss ir-rikorrent ircieva oltre €5,000 anqas f’pensjoni in vista li din qed tiġi kkalkolata fuq il-paga ta’ Supretendent u mhux dik ta’ Assistent Kummissarju.

Jekk il-Qorti tieħu dan l- ammont ghad-dritt fuq terminu ta’ 20 sena pensjoni kif indikat mir-rikorrent dan jekwivali ghas-somma ta’ €100,000. Pero’ il-Qorti ma tistax teskludi li seta’ kien hemm il-possibilità li anki li kieku l-proċess tal-għażla ma kienx imċappas bl-element tad-diskriminazzjoni, r-rikorrent mhux
neċċessarjament kien se jiġi magħżul għall-kariga ta’ Assistent Kummissarju.

In vista ta’ dan il-Qorti tasal biex se tnaqqas 30% minn tali somma bir-rizultat ikun dak ta’ €70,000. Apparti minn dan il-Qorti tqis li t-terminu ta’ 20 sena huwa pjuttost wieħed spekulattiv u filwaqt li tawgura li r-rikorrent jgħix u jgawdi l-ħajja pensjonabbli għal ferm aktar minn hekk, tqis li din l-inċertezza għandha wkoll tiġi riflessa fil-kalkolu tal-kumpens billi tnaqqas 20% ulterjuri, b’dana li t-total ta’ danni pekunjarji dovuti jammonta għal €56,000.

Illi ghal dawk li huma danni non-pekunjarji l-Qorti tqis li f’dan il- każ in vista li r-rikorrent ilu jsofri din id-diskriminazzjoni mis-sena 2016, li s-somma ta’ €5,000 bħala danni hija wahda ġusta fic-ċirkustanzi. Għal dak li hu min mill-intimati għandu jagħmel tajjeb ghal dawn id-danni, l-Qorti tqis li la darba jidher li din id-diskriminazzjoni sehhet f’ambitu ta’ Bord presedut mill-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien u żewġ persuni oħra indipendenti mill-Kummissarju iżda in rapprezentanza tal-istat allura dawn il-penali għandhom ikunu dovuti lill-vittma mill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat tal-Istat.

Il-Qorti laqgħet kważi it-talbiet kollha mill-vittma qed tiffissa total ta’ kumpens f’danni pekunjarji u non-pekunjari fis-somma ta’ €61,000. Għal Raymond D’Anastas deher l-Avukat. David Bonello.