Eluf ta’ edukaturi jinsabu rrabjati għall-fatt li l-paga li daħlitilhom illum…daħlet mingħajr iż-żieda li tant ftaħar biha l-Gvern.
Net News jista’ jikkonferma li l-edukaturi ħadu l-pagi tagħhom. Iżda l-paga li daħlet illum daħlet mingħajr żieda.
Dalgħodu, il-media Laburista ħarġet artiklu ta’ propaganda biex tiftaħar b’dawn iż-żidiet. Iżda ftit wara ġew ordnati minn Kasilja biex ineħħu l-istorja.
Għalliema li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li huwa tal-mistħija kif il-Gvern naqas mill-wegħda tiegħu mal-edukaturi. U agħar minn hekk, prova jxerred fake news permezz tal-One.
//= $special ?>