Gvern ġdid Nazzjonalista kommess li joħloq impjiegi ibażżati fuq il-kwalità.
Matul il-jum tal-Ħamis, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar il-kumpanija Lufthansa Teknik Malta – li taħdem fis-settur tat-tiswija tal-ajruplani.

Hawn, Bernard Grech segwa mill-qrib ix-xogħol tad-diversi impjegati li jaħdmu ma’ din il-kumpanija, kif ukoll apprentisti li qed jitħarġu biex jidħlu f’dan is-settur speċjalizzat.
Waqt din iż-żjara, Bernard Grech spjega li din il-kumpanija hija parti essenzjali mill-industrija tal-avjazzjoni, li hija industrija b’saħħitha fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Bernard Grech sostna wkoll li din hija industrija li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen fiha għax toffri impjiegi ta’ kwalità u salarji tajbin.

Minn naħa tagħha Maria Cilia l-Kap Eżekuttiv ta Lufthansa Tecknick Malta qalet li s-sigurta u l-kwalità jibqgħu il-prijorità tal-kumpanija.

Spjegat ukoll li l-kumpanija qed taħdem b’kollaborazzjoni mal-MCAST fejn 16-il student qed jieħdu kors konċiż ta’ sena li huwa maqsum fuq sitt xhur studju tejoretiku u sitt xhur ta’ pratika sabiex joffru impjiegi ta’ kwalità.
Il-kumpanija Lufthansa Tecknik Malta tħaddem mal-500 persuna – kumpanija li qed timbutta mudell ta’ xogħol li jitħaddem b’mod kompletament paperless bil-għan li jilħqu l-miri tagħhom ta’ sostenibiltà. Id-diriġenti ta’ Lufthansa Tecknik spjegaw ukoll li huma jimpjegaw ħaddiema minn 26 pajjiż differenti, filwaqt li 16% tal-ħaddiema huma nisa.
Waqt din iż-żjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista segwa ukoll kif issa inspection permezz ta’ call virtwali ma’ persuna li kienet f’pajjiż differenti. Dan hekk kif din il-kumpanija tagħmel użu tajjeb tat-tekonoloġija u s-simulazzjoni.

Fil-Lufthansa Tecknik Malta, Bernard Grech kien akkumpanjat mid-deputat Nazzjonalista Ryan Callus.
//= $special ?>