Il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ viċin iż-żgħażagħ għax għal Partit Nazzjonalista iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni jibqghu prijorità.
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt iż-żjara li għamel fl-Università ta’ Malta waqt freshers week….fejn flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, iltaqa’ ma’ numru ta’ studenti li qasmu miegħu il-ħsibijiet u l-ambizzjonijiet tagħhom.
Il-Kap tal-PN żar ukoll l-istands ta’ diversi għaqdiet li jinsabu bħalissa fl-istands ta’ fuq il-kampus, u spjega li għall-Partit Nazzjonalista iż-żgħażagħ huma prijorità.
Għalhekk, Gvern ġdid Nazzjonalista jiggarantixxi li s-suċċess taż-żgħażagħ ikun parti mis-suċċess tal-pajjiż.
Il-PN kommess li jkompli jinvesti f’dan is-settur tant importanti.
Dan b’kuntrast mal-Gvern Laburista li qed jibqa’ juri kemm l-edukazzjoni mhix prijorità għalih, wara li l-għalliema rċivew il-pagi mingħajr iż-żieda mwegħda … u l-letturi tal-MCAST għadhom mingħajr ftehim kollettiv ġdid.
Waqt din iż-żjara il-Kap tal-Partit Nazzjonalista għamel ukoll intervent waqt it-trażmizzjoni ta’ Campus FM, fejn saħaq liż-żgħażagħ qatt ma għandhom jaqtgħu qalbhom u b’hekk jirnexxu f’ħajjithom.
Hu stqarr li ż-żmien li qatta’ l-Università kien żmien sabiħ ħafna minkejja li huwa perijodu li joffri wkoll inċertezzi – iżda fl-aħħar mill-aħħar hija din l-edukazzjoni li tibnik u tifformak.
Intant, peżenti għal din iż-żjara fuq il-kampus kien hemm ukoll ix-Shadow Ministers Justin Schembri, Charles Azzopardi u Bernice Bonello.
//= $special ?>