Lokali

L-istudenti tal-MCAST se jipprotestaw il-ġimgħa d-dieħla b’laqgħa kbira fil-canteen

Il-frustrazzjoni fost l-istudenti tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija qed tkompli tiżdied. Dan hekk kif il-kriżi li għaddejja fl-MCAST qed taffetwa direttament lill-istudenti.

Huwa għal din ir-raġuni li l-istudenti se jerġgħu jipprotestaw – l-aktar minħabba li l-Gvern għadu ma laħaqx qbil mal-għalliema dwar il-fethim kollettiv.

Fi stqarrija, l-istudenti qalu li l-Gvern sab miljuni xi jroxx għall-iskejjel privati, iżda m’għandux flus għal-lecturers. U huwa propju għalhekk li l-Kunsill tal-Istudenti qed isejjaħ għal azzjoni immedjata.

Il-protesta se ssir fil-11 ta’ Ottubru, minn 11:45am ‘il quddiem.

L-istudenti qed jgħidu li d-direttivi preżenti qed jaffetwawhom direttament, u li jeħtieġ isir investiment fl-edukaturi biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni mill-għeruq tagħha.