Il-Qorti Kriminali preseduta mill-Imħallef Neville Camilleri ma laqgħetx tmien talbiet differenti ta’ Roderick Cassar li għad irid jgħaddi ġuri dwar il-qtil ta’ martu Bernice Cassar fl-2022. Huwa bħalissa qed jaffaċċja 15-il akkuża fosthom qtil, li taha fastidju, li heddidha, li serqilha l-mowbajl u li segwieha.
Roderick Cassar qed iwieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi. F’kawża li li fetaħ fetaħ huwa saħaq permezz tad-difiża tiegħu li x-xhieda tal-qraba ta’ martu huma inammissibbli u għandhom jiġu sfilzati ma tibqax tagħmel parti mill-proċeduri) għaliex kienu bbażati fuq ‘hearsay’ u kienu opinjonati kontrih.
Fix-xhieda tagħhom, bosta qraba ta’ Bernice Cassar xhedu kif il-vittma ta’ spiss kienet tgħidilhom li żewġha kien isawwatha u jheddidha. Otha kienet qalet lill-Qorti li l-vittma kienet imwerwra fl-aħħar jiem taż ħajjitha.
Cassar talab biex jitwaqqgħu l-akkużi ta’ fastidju kontra Cilia u allega li ma ssemmiex l-artikolu fil-liġi li jsemmi dawn it-tip ta’ reati. L-akkużat talab ukoll biex jiġu sfilzati l-provi li jikkonsistu f’messaġġi, telefonati jew ‘video calls’ ‘li ntbagħtu mill-vittma għaliex, skont hu, din ilkoll tista’ titqies bħala ‘hearsay’ u li dan ifisser li mhijiex ammissibbli.
Talab ukoll biex titneħħa x-xhieda ta’ Surġent u titneħħa l-evidenza li tikkonsisti fi tliet skrataċ għaliex hemm suspetti dwar min għand min għaddiet din l-evidenza. Talab biex ir-rapporti li saru kontrih mal-Pulizija jitneħħew ukoll għaliex mhumiex marbuta mal-każ kontrih.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti Kriminali qalet li minkejja evidenza titqies bħala ‘hearsay’ (mhud verżjoni li taf biha hi imma li semgħet mingħand ħaddieħor) ma jfissirx li awtomatikament ifisser li din l-evidenza mhijiex ammissibbli.
Rigward l-isfilz tal-evidenza, hi argumentat li Cassar ma ressaq l-ebda argument validu li jista’ jwassal biex tintlaqa’ t-talba, qalet il-Qorti. Dwar it-tħennija tar-rapporti li saru kontrih, il-Qorti qalet li ma hemm l-ebda provediment fil-liġi li jista’ jwassal biex rapport mal-Pulizija jitneħħa mill-evidenza.
//= $special ?>